Tuesday, January 25, 2011

Data: 21 ta’ Jannar 2011

MEMORANDUM

Mingħand: Ms. Silvana Sultana: (Peripatetic Eko Għawdex)

Lill-Kapijiet tal-Iskejjel Primarji tal-Istat u tal-Knisja

Suġġett: Niltaqgħu ma Kikku; il-vuċi tat-tfal għal eko-Għawdex

________________________________________________________________________

Il-Ministeru għal Għawdex, permezz tad-Direttorat għal eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali ser iniedi lil Kikku, il-vuċi tat-tfal għal eko-Għawdex.

Il-preżentazzjoni ta’ dan il-karattru ġdid ser issir f’attivita’ nhar il-Ħamis 27 ta’ Jannar 2011 li għaliha mistiedna studenti mill-iskejjel Primarji ta’ Għawdex flimkien mal-għalliema u l-Kapijiet tal-iskejjel. Dakinhar stess ser tinfetaħ wirja għat-tfal li fiha ser ikunu esibiti tpinġijiet tal-istudenti u anke kummenti tagħhom li nkitbu waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika li kienet saret fl-2008.

Din il-ġimgħa ser tirċievu dettalji fuq liema klassijiet ser jipparteċipaw, x’ħin ser jitlaq it-transport mill-iskola u dettalji oħra. Fil-ġimgħat li ġejjin, Kikku ser iżur ukoll l-iskejjel tagħkom. Dwar dan tkunu nfurmati aktar ‘il quddiem.

Il-wirja ser tkun miftuħa għat-tfal u l-pubbliku mill-Ħamis 27 ta’ Jannar sat-Tlieta 8 ta’ Frar 2011 fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex. Il-ħinijiet tal-ftuħ matul il-ġimgħa huma bejn 8.30-12.30 u 13.30-16.30, is-Sibt u l-Ħadd mid-9.00-12.00. Ħeġġu lill-istudenti jmorru jarawha mal-familji tagħhom.

Nitolbu l-kollaborazzjoni tagħkom biex il-messaġġ ta’ dan l-avveniment - ħidma għal Għawdex aħjar - li hu importanti ħafna għall-istudenti tagħna jitwassal kif xieraq.

Chev. Frank Gatt

Prinċipal Kulleġġ Għawdex

No comments:

Post a Comment