FTEHIM DWAR IL-PROGRAMM EKO-SKOLA BEJN IL-MINISTERU GĦAL
GĦAWDEX U N-NATURE TRUST MALTA
Il-Ministeru għal Għawdex u l-organizzazzjoni Nature Trust Malta dalgħodu ffirmaw ftehim
ta’ kooperazzjoni dwar il-programm Eko-Skola għat-tliet snin li āejjin, fil-preŜenza ta’
għadd imdaqqas ta’ tfal Għawdxin li jattendu l-iskola primarja tar-Rabat Għawdex.
L-għan ta’ dan il-ftehim huwa li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iŜ-Ŝewā entitajiet flimplimentazzjoni
ta’ diversi inizjattivi favur l-ambjent, kif ukoll fit-tisħiħ tal-edukazzjoni
ambjentali u Ŝvilupp sostenibbli fost it-tfal li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji
f’Għawdex. Dan permezz tal-programm Eko-Skola u l-programmi Young Reporters for the
Environment (YRE) u Learning about Forests (LEAF).
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, li ppresediet ie-eerimonja tal-iffirmar
tal-ftehim qalet li l-intenzjoni tal-Ministeru għal Għawdex hija li jfassal Programm għal
Edukazzjoni Ambjentali u śvilupp Sostenibbli bil-għan li joffri tagħlim lill-istudenti
Għawdxin. Saħqet li dan ser ikun investiment għaqli li jirrendi mhux biss fost it-tfal li ser
ikunu qed jipparteeipaw fih, iŜda għandu potenzjal li jolqot āenerazzjonijiet oħra u għalhekk
il-benefieeji tiegħu huma aktar wiesgħa. Il-Ministru Debono Ŝiedet tgħid li permezz talprogramm
Eko-Skola, ie-eittadini għandhom josservaw u jwettqu prattiei tajbin għas-saħħa
tal-ambjent u tas-soejetà waqt il-qadi tad-dmirijiethom. Hija qalet ukoll li permezz ta’ eko-
Għawdex ser tkompli titjieb il-ħajja tal-Għawdxin u ta’ dawk kollha li jŜuru l-gŜira matul issena.
Sostniet li eko-Għawdex m’għadhiex biss viŜjoni, għax il-gŜira tinsab miexja fiddirezzjoni
t-tajba biex Għawdex issir gŜira ekoloāika.
Permezz tal-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Ministeru għal Għawdex ingħaqad mad-diversi
entitajiet imsieħba man-Nature Trust Malta, li huma l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-
Ambjent, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, is-Segretarjat Parlamentari
għat-TuriŜmu, l-Ambjent u l-Kultura, l-HSBC Bank Malta Ltd u WasteServ Malta Ltd.
PreŜenti għal din ie-eerimonja kien hemm ukoll is-Sur Francis Sullivan, Konsulent għall-
Ambjent fi ħdan l-HSBC International, li ffirma ftehim ieħor li sar bejn l-istess Nature Trust
Malta u l-bank HSBC. Is-Sur Vincent Attard, President EŜekuttiv tan-Nature Trust Malta u
Koordinatur Nazzjonali tal-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali ffirma għan-nom
tan-Nature Trust Malta.