Il-Gvern qed isaħħaħ l-infrastruttura u jieħu inizjattivi ġodda biex titjieb il-kwalita' tal-ilma. Fl-aħħar 4 snin, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bniet u fetħet 3 impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ. Fl-2001 fetħet l-Impjant ta' Ras il-Ħobż f'Għawdex, fl-2008 l-Impjant fil-Melliea u llum sar il-ftuħ uffiċjali tal-Impjant ta' Barkat.
Bil-kontra ta' dak li kien jiġri qabel, permezz ta' dawn il-proġett, mhux qed jintrema aktar ilma maħmuġ li jniġġeż fil-baħar. B'hekk illum qed ingawdu minn kwalita' ta' ilma baħar aħjar, aktar nadif u ċar.
L-investiment ta' €108 miljun fil-bini ta' 3 impjant ifisser baħar aktar nadif għall-għawwiema, l-għaddasa u s-sajjieda; prodott turistiku aqwa; u standards ambjentali aktar għolja għal ġid ta' kull wieħed u waħda minna.