Monday, October 24, 2011


20,000 TUNELLATA TA’ SKART MIGBUR MILL-WIDIEN FIX-XHUR TAS-SAJF
Illum il-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, zar wied li gie mnaddaf mill-
Valley Management Unit li twaqqaf erba’ snin ilu fid-Dipartiment għat-Tindif u Manutenzjoni fil-
Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali.
Għal dawn l-aħħar erba’ snin, dan il-unit ħa ħsieb li jsir tindif u manutenzjoni ta’ wħud mill-widien
li għandna fi gziritna biex l-ilma tax-xita jkun jista’ jimxi mingħajr ostakli kif ukoll biex f’dawn il-widien
ikun jista’ jinħazen volum akbar ta’ ilma. B’hekk dan iwassal biex kemm jista’ jkun jigu
evitati l-għargħar.
Matul ix-xhur tas-sajf ta’ din is-sena tnaddfu 8 widien, li jammontaw għal tul 6.5km. Dawn il-widien
kienu:
· Wied ic-cawsli, Ħal Qormi
· Parti minn Wied il-Kbir, Ħal Qormi
· Parti minn Wied is-Sewda, Ħal Qormi
· Parti minn Wied Ħesri, is-Siggiewi
· Parti minn Wied Qannotta, Burmarrad
· Parti minn Wied il-Mofru, Ħaz-Zebbug
· Parti minn Wied Qlejgħa, Rabat
· Parti minn Wied Ta’ Campra, Ħ’Attard
F’dan il-perjodu, tnaddfu wkoll 8 gibjuni li jilqgħu fihom ilma tax-xita mit-toroq ta’ madwarhom.
Dawn il-gibjuni huma:
· Gibjun fi Triq il-Wied, l-Imsida
· Gibjun f’Tal-Ħlas, Ħaz-Zebbug
· Gibjun f’Tal-Providenza, Siggiewi
· Gibjun f’Ta’ Garnaw, Santa Lucija
· Gibjun f’San Kelment, iz-Zejtun
· Gibjun f’Tas-Silā, Marsaxlokk
· Zewg gibjuni ħdejn ic-cimiterju tal-Addolorata, Raħal Gdid
Il-Ministru Pullicino qal li bejniethom dawn il-gibjuni jesgħu kwazi 18,000 metru kubu jew aħjar 4
miljun gallun ilma. Ħafna minn dan l-ilma jintuza mill-bdiewa għat-tisqija. Minn dawn il-widien u
l-gibjuni tneħħa mal-20,000 tunellata ta’ materjal li kien akkumula fihom. Il-Ministru Pullicino
filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol siewi tagħhom appella lill-pubbliku ingenerali biex
izomm il-widien indaf u ma jintremiex skart fihom. Il-Gvern investa bis-sħiħ biex illum f’pajjizna
nsibu 5 centri li jilqgħu fihom skart goff, għandna f’pajjizna sistema li skart goff jingabar ukoll
b’xejn mid-djar; dan għandu jwassal biex ħadd ma jarmi barra.

No comments:

Post a Comment