MEMORANDUM
Mingħand: Chev. Frank Gatt
Sur Joe Grima
Is-Sena tal-Foresta
Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Frar, l-Ġnus magħquda ser iniedu din is-sena bħala s-sena tal-foresta.
Tajjeb li nirriflettu ftit fuq l-importanza tal-foresti sewwa sew għax dan jorbot qatigħ ma’ Jum is-Siġar li għadna kif iċċilebrajna b’tant entużjażmu, impenn u mħabba fil-Kulleġ tagħna fit-18 ta’ Jannar bl-għajnuna ferm siewja tal-Hands-on Farming.
F’pajjiżna ma għandniex foresti iżda mkejjen b’numru sabiħ ta’ siġar li nsibu mferrxin ma’ Malta u Għawdex. Dawn nistgħu insejħulhom imsaġar. Dawn huma l-foresti prezzjużi tagħna.
Hu xjentifikament pruvat li l-foresti huma meħtieġa biex isaffu l-arja mniġġsa, itaffu s-sħana u jgħinu biex tagħmel ix-xita. Barra minn hekk, fl-imsaġar tagħna u fil-foresti l-kbar tad-dinja jgħixu, fost l-oħrajn, ħafna speċi ta’ għasafar, bhejjem u ħxejjex li jkomplu jsebbħu l-ħolqien: turija wkoll tal-glorja esterna tal-Mulej li ħalaqhom.
Aħna lkoll jeħtieg niftakru li waqt li sigra waħda ma tagħmilx foresta, kull siġra tgħin biex fid-dinja jibqa’ jkun hawn il-foresti u l-imsaġar. Hu obligu ta’ kull wieħed u waħda minnha li nindukraw u ngħożżu kull siġra li għandna biex ikollna ħafna msaġar li jsebbħu l-ħajja tagħna u ta’ dawk li ġejjin warajna.
No comments:
Post a Comment