mħabbra r-riżultati tal-ewwel sena ta’ studju fuq ir-riħ bħala parti mill-proċess għall-istallazzjoni ta’ wind farm fuq is-sikka l-bajda.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu ġew imħabbra r-riżultati tal-ewwel sena ta’ studju fuq ir-riħ bħala parti mill-proċess għall-istallazzjoni ta’ wind farm fuq is-Sikka l-Bajda.
L-Ing Dr Tonio Sant mill-Istitut għall-enerġija sostenibbli mill-Università ta’ Malta waqt preżentazzjoni li għamel saħaq li r-riżultati tal-istudji tar-riħ permezz ta’ arblu (wind monitering mast) li ġie nstallat fl-Aħrax tal-Mellieħa, mifruxa fuq is-sena 2010 jidher biċ-ċar li r-riħ li hemm fiż-żona tas-Sikka l-Bajda huwa tajjeb biżejjed biex il-wind farm tiffunzjona.
Average monthly wind speeds (m/s)
| Nov. 09 | Dec. 09 | Jan. 10 | Feb. 10 | Mar. 10 | Apr. 10 | May 10 | Jun. 10 | Jul. 10 | Aug. 10 | Sep. 10 | Oct. 10 | Average |
Aħrax (80 m) | 6.41 | 10.03 | 9.40 | 8.98 | 7.21 | 6.98 | 7.80 | 6.47 | 4.94 | 5.17 | 6.16 | 6.65 | 7.18 |
Bir-riħ li ġie kkalkultat matul is-sena ta’ studju, il-wind farm tas-Sikka l-Bajda matul l-2010 kieku kienet tiġġenera madwar 200GWh ta’ eletriku li hu ekwivalenti għal 10.2% tat-total tal-elettriku li ssupplixiet l-Enemalta fl-istess perijodu. Dan l-elettriku ġġenerat ilaħħaq id-domanda ta’ madwar 40,000 familja.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino saħaq li biex pajjiżna jilħaq il-miri stabbiliti, għandu bżonn jagħmel użu minn renewable energy mix, billi jkunu sfruttati r-riżorsi kollha possibbli bħar-riħ, ix-xemx u l-iskart. Il-Ministru Pullicino fakkar li pajjiżna hu obligat li sas-sena 2020, 10% tal-enerġija li jipproduċi trid tkun ġejja minn sorsi nodfa. B’dan ir-riżultat mill-istudji tar-riħ miksub, il-wind farm tas-Sikka l-Bajda kienet tlaħħaq mat-3.24% mill-mira ta’ 10%.
Dan il-proċess tal-istudji tar-riħ huwa biss parti minn proċess twil li jinkludi wkoll aktar studji ambjentali u ekonomiċi. Il-Gvern hu impenjat biex tkompli tinħoloq l-enerġija nadifa biex ngawdu minn arja aktar nadifa. Għalhekk il-Gvern qed jieħu numru ta’ inizjattivi f’dan ir-rigward fejn fost l-oħrajn:
- infetaħ il-kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin biex mill-iskart niġġeneraw enerġija nadifa,
- daħlet fis-seħħ sistema ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi li biha ninċentivaw il-karozzi aktar ġodda, iżgħar, li jaħlu anqas u jniġġsu anqas,
- minn Lulju li ġej tidħol fis-seħħ ir-riforma fit-trasport pubbliku,
- tqassmu aktar minn miljun bozza energy saving lil 130,000 familja,
- 6,700 familja f’Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar sentejn investew f’apparat li jiġġenera enerġija nadifa mix-xemx, permezz ta’ solar water heaters u panelli fotovoltajiċi,
- se jsir interconnector mal-Italja
Il-proġett tal-wind farms huwa għalhekk ħolqa minn kullana ta’ inizjattivi oħra, biex pajjiżna jkollna aktar arja u enerġija nadifa biex ilkoll ingawdu minn livell ta’ saħħa u ambjent aħjar.
No comments:
Post a Comment