
Nhar il-Gimgha, 11 ta' Gunju, sar gemellagg bejn il-Kumitati ta' l-EkoSkola ta' l-iskejjel Primarji tax-Xewkija (Kullegg ta' Ghawdex) u ta' Paola 'A' (Rahal il-Gdid) (Kullegg San Gorg Preca). Dan il-ftehim kien iffirmat mill-Presidenti Emmanuel Farrugia u Cherise Spiteri.
Qabel l-iffirmar, it-tfal kienu mdawra madwar l-iskola. Wara l-iffirmar, it-tfal taz-zewg skejjel maru jzuru postijiet ta' nteress madwar ix-Xewkija. Ewlenin fosthom kienu zjara lill-arlogg tax-xemx, l-eqdem wiehed f'Malta u probabbli l-eqdem fl-Ewropa. It-tfal komplew bil-mawra kulturali u zaru t-tempju maestus tar-Rotuna kemm minn gewwa l-knisja kif ukoll wara li telghu bil-lift fuq il-bejt taghha.
Hemm rabta komuni bejn iz-zewg knejjes: il-Perit tat-tnejn kien Guze' D'Amato.
No comments:
Post a Comment